La Salle

La Salle Rivareno Champions għas-Seba’ Darba

La Salle Rivareno champions għas-Seba’ Darba 

Clive Ferrante (Media Officer)

Mill-kampjonat tal-Handball tal-Ewwel Diviżjoni tan-nisa, La Salle umiljaw lil Aloysians bl-iskor ta’ 34-22. B’din ir-rebħa, La Salle kisbu r-rebħ tas-seba’ kampjonat fl-istorja tal-klabb, meta għad fadal żewġ logħbiet x’jintlagħbu.

B’logħob sabiħ la Salle ma’ taw l-ebda ċans lil Aloysians jidħlu fil-partita u mill-bidu nett dehru x’kienu l-ħsibijiet ta’ La Salle fejn b’gowl wara l-ieħor, u b’wirja spettakulari, rebħu dan id-derby bl-aktar b’mod konvinċenti.

Aloysians bdew fuq l-offensiva meta Brenda Mamo u Sarah Scicluna fetħu l-iskor. La Salle, immexxija mill-kowċ Daniel Tabone, wieġbu b’erba’ gowls bla risposta. Minn hemm ’il quddiem, La Salle kkontrollaw il-logħob u fi tmiem l-ewwel taqsima kienu qed igawdu minn vantaġġ ta’ sitt gowls. L-ewwel parti tal-logħba spiċċat 15-9 favur La Salle.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Aloysians naqqsu milli jwettqu reazzjoni u saħansitra kien it-tim ta’ La Salle li żied id-distakk tul dan id-derby. La Salle, li għadhom bla telfa dan l-istaġun, kellhom lil Kami Dobracheva u Kristina Kalla f’forma brillanti fejn it-tnejn skorjaw xejn anqas minn 11-il gowl.

Il-plejer tal-logħba kienet il-Bulgara Kameliya Dobrancheva

B’din ir-rebħa La Salle komplew isaħħu posthom f’ras il-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni b’sitt rebħiet minn sitt logħbiet.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Daniel Tanti.

 

Mill-kampjonat tal-Handball tal-Ewwel Divizjoni tan-nisa, fl-istess kampjonat, it-tim tal-Kavallieri għeleb lil dak tal-Phoenix b’riżultat ta’ 23-13.  L-ewwel taqsima spiċċat 10-6 favur Kavallieri.

Il-plejer tal-Kavallieri, Sarolta Toth, ġie vvutata bħala l-aħjar plejer tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Michael Tanti.


Print Friendly

the official website for handball in Malta